Fil-bidu ta' din is-sena beda r-restawr tal-lunetti u l-arkuni ta' taht il-koppla. Lejn l-ahhar tas-sena li ghaddiet kienet issaqfet din il-parti tal-knisja biex bhekk ikun jista jibda dan ix-xoghol. L-armar kollu inghata b'xejn minn Salvu Ellul li bla dubju kienet ghajnuna ferm importanti u apprezzata. Il-hsara li hemm f'dawn il-lunetti u l-arkuni hi simili ghal dik li kien hemm fil-koppla bil-kawza primarja tkun id-dhul ta' l-ilma.
Iz-zebgha kienet bdiet titqaxxar sewwa, filwaqt li hemm ukoll numru ta' konsenturi zghar u hsarat ohra li kellhom bzonn tar-restawr. Ix-xoghol li qed isir bhalissa jikkonsisti fil-brix taz-zebgha l-antika kif ukoll tikhil fejn hemm il-hsara. Hekk kif jitlesta dan ix-xoghol jibda l-process taz-zebgha. Dan se jikkonsisti f'zewg passati stabilizing solution kif ukoll tliet passati zebgha. L-ahhar parti tar-restawr se tkun l-induratura biex hekk din il-parti tkun lesta sakemm tigi biex tinkixef il-koppla.

Hajr lil J. Grima